Mara Ta’ 30 Sena Mietet Fl-Isptar St. Thomas

 Mara Ta’ 30 Sena Mietet Fl-Isptar St. Thomas

Fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa, ġie kkomunikat li mara ta’ 30 sena mietet aktar kmieni llum fl-Isptar St Thomas.

Il-pazjenta ddaħħlet l-isptar, mid-Dar tal-Providenza fit-18 ta’ Frar u kienet tbati minn kundizzjonijiet ta’ saħħa.

Fid-Dar tal-Providenza beda jingħata t-tilqim għall-Covid-19 mill-15 ta’ Frar u s’issa tlaqqmu 75 resident.

Il-kumplament se jkunu tlaqqmu sa għada, il-Ġimgħa.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi tiegħu lid-Dar tal-Providenza u lill-qrabathom, mill-ġdid isostni biex anke issa li l-programm ta’ vaċċinazzjoni miexi sew xorta għandna nibqgħu nosservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com