Minħabba L-Pandemija Għandhom Isiru Protesti Fit-Toroq Tal-Belt?

 Minħabba L-Pandemija Għandhom Isiru Protesti Fit-Toroq Tal-Belt?

Fl-aħħar sigħat ġie magħruf li l-għaqda Repubblika flimkien ma’ #occupyjustice ser jorganizzaw protesta quddiem il-bini tal-Parlament sabiex iġeddu s-sejħa tagħhom għall-ġustizzja ma’ Daphne Caruana Galizia.

Il-protesta, li s’issa mhux magħruf jekk il-Pulizija ħarġitx il-permessi tagħha, mistennija issir nhar it-Tnejn, l-1 ta’ Marzu 2021 fil-17:00.

Hekk kif bdiet tidwi l-aħbar ta’ din is-sejħa għall-protesta bosta kienu l-argumenti li nġiebu fuq il-midja soċjali jekk din il-protesta għandiex tingħata permess li ssir fid-dawl li n-numri ta’ persuni infettati mill-Coronavirus f’pajjiżna qedgħin jiżdiedu minn jum għal ieħor. L-avveniment pubbliċi f’pajjiżna ilhom imwaqqfu għal xhur u dan sabiex ikun aċċertat li titnaqqas l-imxija tal-Covid19 u ma jintefax piż żejjed fuq is-sistema tas-saħħa ta’ pajjiżna.

Din hija l-ewwel protesta reklamata fil-pubbliku li ser issir minn dan il-grupp ta’ għaqdiet minn mindu faqqgħet il-pandemija Covid19.

Ilum ġew reġistrati 258 każ ġdid ta’ Covid19 f’pajjiżna l-aktar darba li qatt ġew irreġistrati każi f’ġurnata minn mindu ġie reġistrat l-ewwel każ fis-7 ta’ Marzu 2020.

Illejla ser tiġi organizzata protesta oħra minn Raymond Ambrogio u Noel Apap fil-Belt Valletta liema protesta ser issir kontra “l-invażjoni illegali li qed issir f’pajjiżna mill-barrani”

Int x’taħseb, għandhom jingħataw permess dawn il-protesti?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com