“Nittama Li Aktar Politiċi Jsegwu Dan L-Eżempju […] L-Arkivji Huma R-Ruħ Tan-Nazzjon” – Joan Abela

 “Nittama Li Aktar Politiċi Jsegwu Dan L-Eżempju […] L-Arkivji Huma R-Ruħ Tan-Nazzjon” – Joan Abela

Wara li fl-aħħar jiem ingħata lill-Kunsill Lokali tal-Qrendi “ritratt diġitali tal-eqdem kuntratt li hemm reġistrat fl-Arkivju Notarili li fih qed jissemma l-Qrendi”, membri tal-komunità ta’ arkivji notorji faħħru l-inizzjativa tal-Ministru Owen Bonnici.

Joan Abela qalet li “dan id-dokument tħejja għall-Onor Owen Bonnici mill-Fondazzjoni Arkivji Nutarili” u żiedet tgħid li jinsabu kburin li ġew fdati b’dan ix-xogħol, liema xogħol huwa ta’ benefiċċju għall-komunità.

“Nittama li aktar politiċi jsegwu dan l-eżempju biex juru kemm l-Arkivji huma r-ruħ tan-nazzjon, patrimonju importanti li jeħtieġ li jiġi ppreservat għal ġenerazzjonijiet tajbin”, qalet Joan Abela.

Dan huwa r-ritratt tad-dokument tal-kuntratt ta’ għalqa b’raba saqwi fl-inħawi tal-Qrendi datat is-7 ta’ Ġunju 1499.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com