“Persuni Li Huma Morda Bil-Covid-19 Ma Għamlu Xejn Ħażin…” – WHO

 “Persuni Li Huma Morda Bil-Covid-19 Ma Għamlu Xejn Ħażin…” – WHO

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed tappella sabiex persuni li jkunu pożittivi għall-Covid-19 ma jiġux trattati b’mod differenti. Huma saħqu li persuni li jkunu morda b’dan il-virus ma għamlu xejn ħażin, għaliex wieħed m’għandux kontroll li jevita dan il-virus.

“Il-viruses ma jiddiskriminawx u lanqas m’għandna aħna”, saħqet il-WHO permezz ta’ post fuq il-midja soċjali.

Aħna nistgħu nikkonfermaw li huwa vera li xi kultant persuni li jkollhom il-Covid-19 qed jiġu trattati differenti, anki wara li jkunu fiequ. Tkellmu magħna persuni dwar każijiet ta’ tfal li kellhom il-Covid-19 u meta marru lura l-iskola ġew mwarrba mit-tfal l-oħrajn minkejja li kienu mfejjqa, dan minħabba biża’ li hija rrazzjonali. Kemm huwa mportanti li nedukaw dwar dan is-suġġett sabiex nevitaw ċirkustanzi ta’ bullying, diskriminazzjoni u esklużjoni.

Għandek xi esperjenza simili? Ħallilna kumment fuq il-post ta’ Facebook!

Ritratt: www.vpr.org

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com