Player tax-xahar.. Jerġa ‘Dodo’ Għat-Tieni Darba Nfila

 Player tax-xahar.. Jerġa ‘Dodo’ Għat-Tieni Darba Nfila

Għat-tieni xahar konsekuttiv l-istilla tal-leaders Ħamrun Spartans, Jorge Ailton Soares jew kif inhu magħruf fiċ-ċrieki tal-futbol Malti, ‘Dodo’ rebaħ l-unur tal-BOV Player tax-xahar.

Wara Diċembru, anke f’Jannar l-għażla waqgħet fuq dan il-player minn Cape Verde.

Player li matul l-ewwel xahar tas-sena 2021 kien strumentali għat-tim tiegħu f’serje ta’ rebħiet fosthom 3-0 fuq Valletta, partita li fiha Soares kellu wirja tajba ħafna iżda ma’ skurjax, madankollu huwa kien determinanti b’goal f’kull logħba għaliħ fl-istess xahar, fir-rebħa 3-1 li Ħamrun Spartans kisbu fuq Mosta u fid-draw ta’ 2-2 ma’ Santa Lucia.

Fl-għażla tal-aħjar players matul Jannar, ‘Dodo’ kiseb 86 punt, disgħa biss aktar minn sieħbu tat-tim Franklin Sasere li fl-istess xahar u f’logħba li għamilna refernza għalija, r-rebħa 3-0 fuq Valletta huwa skorja hat-trick.

Maxuell Maia da Silva ta’ Gżira United spiċċa t-tielet, warajh Kevin Ante Rosero ta’ Santa Lucia u l-aqwa Malti f’Jannar, iżda fil-ħames post fil-lista totali, l-attakkant ta’ Hibernians Jurgen Degabriele.

Il-preżentazzjoni lil Jorge Ailton Soares saret qabel ir-rebħa 3-2 li l-iSpartans kisbu l-Ħadd fuq Balzan minn rappreżentanti tal-Bank of Valletta fil-presenza ukoll tal-Viċi President tal-MaltaFA, l-avukat Matthew Paris.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com