Rebħa Għal Tarxien u Draw bejn Sirens u Lija

 Rebħa Għal Tarxien u Draw bejn Sirens u Lija

Fl-ewwel żewġ logħbiet mit-tnejn u għoxrin ġurnata tal-Kampjonat Premier kella rebħa u draw fic-Centenary Stadium.

Fl-ewwel konfornt li laqgħa lill-Gudja United u Tarxien Rainbows, dawn tal-aħħar ir-reġistraw rebħa importanti ta’ 2 – 0 meta għelbu lill-Gudja United. Il-partita kienet destinata għal draw ta’ bla gowls iżda mat-tokki ta’ 90 minuta Carlos Conceicao Filho xeħħet fix-xibka ta’ Gudja. Maħsuda minn dan il-gowl Gudja sofrew ieħor din id-darba minn penalty skurjat minn Vito Plut.

Fit-tieni partita iltaqaw Sirens u Lija Athletic, logħba li intemmet fid-draw ta’ 1 – 1. Sirens lagħbu tlett kwarti tal-partita b’plejer anqas meta tkeċċa Jonathan Pearson wara kwarta logħob. Lija marru fil-vantaġġ qabel il-mistrieħ grazzi għal Fernando Brandan. Sirens ġabu d-draw tnax il-minuta fit-tieni taqsima meta Wilfried Domoraud xeħħet fix-xibka avversarja.

 

Ritratt: Times of Malta / Stephen Gatt

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com