Ritratt F’Waqtu

 Ritratt F’Waqtu
Yasmin u Daniel huma żewġt periti żgħażagħ, li lil hinn minn xi pjanta huma appasjonati fl-arti viżwali tal-fotografija.
Dan jixhdu ritratt li dan l-aħħar ġibed ħafna attenzjoni msemmi ‘together alone’. Dan ir ritratt fil-fatt jgħid elf ħaġa mingħajr kliem, fosthom li it-teknoloġija xi kultant jaf tkun nuqqas ta’ komunikazzjoni!
Bil-fotografija tagħhom Yasmin u Daniel irridu jwasslu bosta aspetti tal-ħajja għaliex jħossu li-fotografija hija tassew parti minn ħajjithom u l-affarijiet ta madwarhom. Huma jiġbdu bosta ritratti minn perspetivi differenti jew mumenti partikolari.
Waqt l-intervista magħna Yasmin, tfajla kemmxejn mistħija, stqarret  “nixtiequ li l-fotografija, iktar milli għodda, tigi apprezzata bħala arti minna innifisha li kapaci twassal messagg u tqanqal emozzjoni”.
Iż-żewġ żgħażagħ ħadu spinta f’dan il qasam meta daħlu membri u tħarrġu b’sensiela ta’ korsijiet mal- MIPP (Malta Institute of Professional Photography).  Il- korsijiet li ħadu jirifletuhom f’xogħolhom li jvarja minn ‘street photography’, ‘still life’,‘portraiture’ u fotografija astratta.
S’issa irnexxielhom jiġbdu bosta ritratti li tabilħaqq jistgħu jitqiesu bħala xogħolijiet ta’ arti unika u wieħed ma jihodiex bi kbira jekk dawn ir-ritratti se jibdew jinstabu f’postijiet bħal ristoranti, lukandi u xi salott personali.
Il-pjattaforma li fiha jesponu il-graphic design, 3D visuals, u il- fotografija tagħhom jisimha ,Craft Mark u tista’ tinstab fuq Facebook, Instagram u anka f’ħanut ċkejken ir-Rabat.
Simone Alamango

Simone Alamango

https://www.stradarjali.com

Simone Alamango hija omm b’karriera mat-tfal u ilha taħdem bħala Speech Language pathologist għal dawn l-aħħar 12-il sena. Apparti l-imħabba kbira għat-tfal, tħobb b’mod protettiv l-annimali u l-ambjent. Fost il-passjonijiet ta’ Simone insibu il-palk, mużika u t-taħriġ fil-boxing. Tinteressa ruħha wkoll fis-saħħa u n-nutrizzjoni