Ritratti: Jinstab Muntun Li Kellu Fuqu 35Kg Ta’ Suf

 Ritratti: Jinstab Muntun Li Kellu Fuqu 35Kg Ta’ Suf

Live Science rrappurtat li fl-Awtralja nstab muntun li kien qed iġorr 35kg suf! Baarack huwa l-isem ta’ dan il-muntun, u s-suf li kellu fuqu setgħu joħorġu minnu mas-60 flok tas-suf.

Muntun li jkun domestikat normalment jaqtgħulu is-suf tiegħu ta’ kull sena, madankollu, dan il-muntun partikulari kien jinsabu waħdu jdur ġewwa foresta fl-Awstralja. Minħabba f’hekk kien ilu ma jitqaxxar snin sħaħ sakemm imbagħad ittieħed fis-Santwarju tar-Razzett ta’ Edgar’s Mission li jopera sabiex jiġu salvati annimali f’Lancefield. Hemmhekk, Baarack fl-aħħar ġie mqaxxar u tneħħielu l-piż tqil tas-suf tiegħu.

Jidher li fil-passat Baarack kellu sid, peress li huwa kkastrat u anki għax widnejh juru sinjali ta’ tikketti, iżda b’xi mod huwa spiċċa abbadunat u jdur waħdu f’foresta fl-Awtralja.

Ritratti ta’ Baarack qabel tqaxxarlu s-suf juru geddumu joħroġ minn qalb kobba enormi ta’ suf, filwaqt li waqt li jkun bilwieqfa kienu jidhru parti żgħira minn riġlejh, għalkemm kif kien ipoġġi dawn kienu jisparixxu wkoll. It-toqol tas-suf li kellu kien jiżen daqs tifel ta’ 10 snin. Huwa kien muġugħ minħabba ulċera f’għajn waħda li ġiet minn żerriegħa tal-ħaxix li kienet mwaħħla miegħu.

Fl-2015, muntun bl-isem ta’ Chris (ukoll fl-Awstralja) kiser rekord meta tneħħielu 41kg ta’ suf.

Ritratt: www.livescience.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com