Sentejn Mill-Mewt ta’ Benny Tal-Bronk

 Sentejn Mill-Mewt ta’ Benny Tal-Bronk

Bħal-lum sentejn tħabbret il-mewt tad-direttur u attur ta’ Bronk Productions Benny Casha.

Din l-aħbar kienet ħasdet il-pajjiż, hekk kif Benny ħalla din id-dinja ħabta u sabta fl-età ta’ 48 sena.

‘Benny tal-Bronk’ ħadem fil-qasam tad-drama għal diversi snin u ġieli kien anki nvolut fil-Karnival ta’ Malta permezz tal-kumpanija Bronk. Casha kien involut b’mod dirett fil-Club ta’ Senglea Athletic u kien ukoll membru tal-kunsill tal-MFA.

Illum, sentejn mill-mewt tiegħu, diversi ħbieb u familjari qed ifakkru l-memorja tiegħu permezz ta’ Facebook, filwaqt li jesprimu li għadhom ma jistgħux jemmnu kif Benny m’għadux magħna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com