Ta’ 105 Fieqet Mill-Covid Bit-Talb U Żbib Speċjali!

 Ta’ 105 Fieqet Mill-Covid Bit-Talb U Żbib Speċjali!

Lucia de Clerck hija mara ta’ 105 mill-Hawai, li rnexxielha tgħeleb il-covid. Irriżultat pożittiva għal dan il-virus ftit ġimgħat ilu wara li eżaminawha fid-dar tal-anzjani fi New Jersey fejn qiegħda tgħix issa.

Iżda l-covid mhux l-ewwel pandemija li din il-mara bi spirtu tenaċi għexet u għelbet! Lucia kienet għexet waqt l-influwenza Spanjola meta kellha biss sentejn. Meta mistoqsija dwar is-sigriet tas-saħħa tagħha, Lucia wieġbet li ma’ għandiex sigrieti iżda titlob u temmen fir-rużarju, ma tiekolx ‘junk food’ u tiekol 9 żbibiet imxarrba fil-ġin kuljum.

Din il-mara fenomenali għandha ammont kbir ta’ neputijiet li filwaqt li qabel kienu jaraw id-drawwiet tagħha daqxejn strambi, eżempju id-drawwa li taħsel sninha bil-baking soda, issa qed jippruvaw jimxu fuq il-passi tagħha.

Għaliex meta wieħed jara anzjana bin-nuċċali tax-xemx taħdem is-suf u titbissem wara li qabadha l-covid, jiġik li titħajjar titlob aktar u taqbad il-flixkun tal-ġin maż-żbib!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com