Ta’ 17 l-Ingliz Jamal Musiala Sar l-Izgħar Skorer Fiċ-Champions League għal Bayern Munich

 Ta’ 17 l-Ingliz Jamal Musiala Sar l-Izgħar Skorer Fiċ-Champions League għal Bayern Munich

UEFA Champions League 

Sbatax-il sena, tliet mija tlieta u sittin jum!!!… Daqshekk għandu daz-zagħzugħ Ingliz Jamal Musiala, li qatt qabel ma’ konna għadna smajna bih u li izda kien wieħed mill-protagonisti t-Tlieta filgħaxija għal Bayern Munich, f’rebħa kbira għalihom fi Stadio Olimpico ta’ Ruma meta nizzel ismu fost l-iskorers u sar l-izgħar player ta’ kull zmien li sab ix-xibka f’din il-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League, fil-passat it-Tazza taċ-Champions, għall-ġganti Ġermanizi, Champions renjanti tal-kompetizzjoni.

Rebħa formalita għal Bayern, sabuha ferm aktar faċli milli mistenni fil-kapitali Taljana biex għelbu lil Lazio 4-1.

Tliet goals vantaġġ għall-Ġermanizi sal-mistrieħ minn Robert Lewandowski (9), Jamal Musiala (24) u Leroy Sane (42), fil-ftuħ tat-tieni taqsima autogoal tad-difensur ta’ Lazio Francesco Acerbi għamilhom erbgħa, qabel goal ta’ konsolazzjoni għat-Taljani minn Joaquin Correa fid-49 minuta, wieħed jista’ faċilment jizbilanċja u jgħid li qabel id-disgħin minuta ta’ ritorn, Bayern diġa fil-KwartiFinali tal-kompetizzjoni.

Fir-Rumanija, goal minn rovexxata ta’ Olivier Giroud f’nofs it-tieni taqsima ta’ vantaġġ tajjeb ħafna lil Chelsea barra minn darhom fuq Atletico Madrid, rebħa ta’ 1-0 għal Blues f’logħba li ntlgħabet fil-Lvant tal-Ewropa minħabba r-restrizzjonijiet marbuta ma’ vjaġġar u l-pandemija COVID19.

L-Erbgħa zewġ partiti oħra mill-fazi tas-Sittax l-Ewwel Leg tal-UEFA Champions League, meta Atalanta f’Bergamo jilqgħu lil Real Madrid u f’Budapest l-Ungerija, ukoll ħabba t-travel ban marbut mal-pandemija, l-Germanizi Borussia Monchengladbach jospitaw il-qawwa tal-leaders tal-Premier League fl-Ingilterra, Manchester City.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com