Tiċċaqlaq il-Partitissima Ta’ Tmiem il-Ġimgħa Bejn Gżira U. u Ħamrun S.

 Tiċċaqlaq il-Partitissima Ta’ Tmiem il-Ġimgħa Bejn Gżira U. u Ħamrun S.

RITRATT – Domenic Aquilina

It-Tlieta filgħodu l-MFA ħabret li l-logħba l-kbira li jista’ jkollha mpatt fuq l-isfida għar-rebħ tal-Kampjonat fi tmiem il-ġimgħa li ġejja, bejn Gżira United u Ħamrun Spartans iċċaqalqet fil-ħin u l-venue tagħha.

Se tibqa s-Sibt li ġej, 27 ta’ Frar, iżda mis-2pm fil-Hibernians Stadium, issa ċċaqilqet għall-Istadium Nazzjonali u se tibda fis-6pm.

Forsi l-aktar deċiżjoni sensibbli li partita li f’dan l-istadju tal-Kampjonat tista tkun kruċjali u determinanti fil-ġirja għar-rebħ tat-titlu tintlgħab fl-Istadium Nazzjonali.

Il-fixture tpartet mal-konfront ukoll interessanti bejn Santa Lucia u Mosta li issa ċċaqlaq għall-Hibernians Stadium, dejjem is-Sibt fis-2pm ta’ wara nofsinhar.

Programm kollu MD22 għal tmiem il-ġimgħa li ġejja :- 

Il-ġimgħa 26 ta’ Frar Centenary Stadium 5pm Gudja United v Tarxien Rainbows

il-ġimgħa 26 ta’ Frar Centenary Stadium 9pm Sirens v Lija Athletic

Is-Sibt 27 ta’ Frar Stadium Nazzjonali 2pm Birkirkara v Floriana

Is-Sibt 27 ta’ Frar Stadium Nazzjonali 6pm Gżira United v Ħamrun Spartans 

Is-Sibt 27 ta’ Frar Hibernians Stadium 2pm Santa Lucia v Mosta 

Is-Sibt 27 ta’ Frar Hibernians Stadium  6pm Hibernians v Żejtun C.

Il-Ħadd 28 ta’ Frar Stadium Nazzjonali 2pm Balzan v Sliema Wanderers

Il-Ħadd 28 ta’ Frar Stadium Nazzjonali 6pm Senglea Athletic v Valletta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com