UCL – L-Ebda Problemi ‘away’ Għal Manchester City U Real Madrid

 UCL – L-Ebda Problemi ‘away’ Għal Manchester City U Real Madrid

UEFA Champions League

Rebħiet barra minn darhom għal Manchester City u Real Madrid tagħtihom vantaġġ tajjeb qabel il-logħbiet ta’ ritorn fil-mira taz-zewġ timijiet li javvanzaw għal-Kwarti Finali.

B’goal f’kull taqima f’Budapest, Manchester City għelbu lill-Ġermanizi Borussia Monchengladbach bl-iskor ta’ 2-0, Bernardo Silva bir-ras fetaħ l-iskor fl-ewwel taqsima, fis-65 minuta Gabriel Jesus b’tap-in għamilhom tnejn.

F’Bergamo, Atalanta bi player imkeċċi kmieni meta Remo Freuler intwera ħamra mill-ewwel fis-sbatax-il minuta, ‘Merengues’ approfittaw tard fil-partita b’goal ta’ Ferland Mendy ftit qabel id-disgħin minuta.

UEFA Europa League il-Ħamis logħbiet ta’ ritorn mill-fazi tat-32 :- 

18:55 Ajax – Lille
18:55 Arsenal – Benfica
18:55 Hoffenheim – Molde
18:55 Rangers – Royal Antwerp FC
18:55 SSC Napoli – Granada
18:55 Shakhtar Donetsk – Maccabi Tel Aviv
18:55 Villarreal – Salzburg
21:00 AC Milan – FK Crvena Zvezda
21:00 Bayer Leverkusen – Young Boys
21:00 Club Brugge – Dynamo Kyiv
21:00 Dinamo Zagreb – FC Krasnodar
21:00 Leicester City – Slavia Prague
21:00 Manchester United – Real Sociedad
21:00 PSV Eindhoven – Olympiacos
21:00 Roma – SC Braga
Tottenham diġa kkwalifikaw għall-fazi tas-sittax, l-Erbgħa għelbu lil Wolfsberger AC 4-0 f’darhom, goals minn Dele Alli (11), Vinicius (50), Gareth Bale (73), Vinicius (83), aggregate skor 8-1 għall-iSpurs.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com