XOKKANTI: Jisparawlu 4 Tiri F’Sidru U Jaħarbu Bil-Klieb Ta’ Lady Gaga

 XOKKANTI: Jisparawlu 4 Tiri F’Sidru U Jaħarbu Bil-Klieb Ta’ Lady Gaga

Qed jingħad li Ryan Fischer, li għandu 30 sena, ħareġ jimxi bil-klieb ta’ Gaga (Koji, Miss Asia u Gustav) għall-ħabta tal-10 ta’ filgħaxija tal-bieraħ. Jidher li matul il-mixja ħallelin tal-klieb (dogsnappers) f’Hollywood serqu l-klieb ta’ Lady Gaga wara li sparaw fuq ir-raġel li kien qed jimxi bihom. L-bulldogs Franċiżi, bħal dawn ta’ Gaga, jinbiegħu bi prezz sa $10,000.

Koji u Gustav huma ż-żewġt iklieb ta’ Gaga li jinsabu nieqsa, filwaqt li t-tielet bulldog tagħha, Miss Asia, irnexxielha taħrab u wara xi ħin instabet mill-pulizija.

Il-pulizija rċievew rapporti ta’ tiri sparati, u malli waslu fuq il-post sabu lil Fischer imweġġa’ serjament, iżda kien konxju u jikkomunika. Huwa ttieħed l-isptar minnfuh u qed jingħad li qed “jirkupra tajjeb”.

Lady Gaga qed toffri premju ta’ $500,000 sabiex jiġu ritornati b’mod sikur il-bulldogs tagħha.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com