Żewġt Aħwa Wżaw Il-Ħin Liberu Biex Jaħsbu Għall-Puttinu… Araw X’Għamlu!

 Żewġt Aħwa Wżaw Il-Ħin Liberu Biex Jaħsbu Għall-Puttinu… Araw X’Għamlu!

Żewġt itfal; Paula ta’ 9 snin u Clara ta’ 10 snin għamlu ġest mill-isbaħ. Waqt il-vaganzi li kellhom tal-karnival ħietu ġrieden dekorattivi u biegħhuhom bi ħsieb ġentlom li jinġabru fondi għal Puttinu Cares.

B’kollox ġabru €100. Imma iżjed minn hekk, wieħed japprezza l-ġest altruwist minn ċkunithom ta’ dawn iż-żewġt aħwa.

Puttinu Cares apprezza dan il-ħsieb u rringrazzjahom pubblikament.

Minn Stradarjali.com, ngħidulkom prosit tassew. Jeħtieġ aktar li naħsbu f’xulxin u li l-eżempju tagħkom jittieħed minn oħrajn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com