300 Tfajla Meħlusa Wara Li Nħatfu Ftit Tal-Jiem Ilu

 300 Tfajla Meħlusa Wara Li Nħatfu Ftit Tal-Jiem Ilu

Grupp ta’ kważi 300 tfajla li nħatfu minn skola fin-Niġerja fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġew meħlusa. Dan intqal mill-Gvernatur tal-Istat, li spjega kif it-tfajliet inħatfu minn aggressuri mhux identifikati.

Il-vittmi tkellmu fuq l-esperjenzi xejn pjaċevoli li għaddew minnhom, hekk kif kienu msawta u ġew mhedda li se jinqatlu.

Uħud mit-tfajliet inġabru f’binja tal-Gvern Niġerjan f’Zamfara wara li twasslu minn fejn kienu qed jinżammu ostaġġi. Ġeneralment, ħtif ta’ dan it-tip isiru sabiex l-aggressuri jiksbu somma flus tajba, u huma pjuttost komuni fit-Tramuntana tal-pajjiż.

Ritratt: Reuters

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com