Bħal-Lum Sena: It-Traġedja Li Ħalliet Lil Miriam Pace Mejta Taħt Tifrik Ta’ Darha

 Bħal-Lum Sena: It-Traġedja Li Ħalliet Lil Miriam Pace Mejta Taħt Tifrik Ta’ Darha

Sena ilu, għal familja Pace kienet ħajja normali u sabiħa, Miriam u r-raġel tagħha kienu jinħabbu b’imħabba liema bħala, u issa li kibru it-tfal, kienu qed jagħmlu diversi pjanijiet. Sakemm sena ilu, kmieni waranofsinhar intradmet taħt it-tifrik tad-dar tagħha fil-Ħamrun. Dakinhar inbidel kollox għall-familja Pace.

It-traġedja seħħet meta d-dar ta’ Miriam Pace iġġarfet waqt fl-art biswit id-dar kien għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni.

It-tfitxija kienet damet sigħat biex instab il-katavru ta’ Miriam Pace, u kien instab tard filgħaxija.

F’messaġġ f’għeluq is-sena, Carmel, ir-raġel ta’ Miriam kiteb “aw ħanini tiegħi, għaddiet sena minn meta l-aħħar li kelimtek u rajtek mimlija ħajja. X’anniversarju dak hux? Anniversarju li minflok tiċċelebra terġa’ tispiċċa mkisser meta jibdew jiġu quddiem għajnejk sekonda b’sekonda l-avvenimenti kollha li ġraw f’dan il jum misħut.”

Carmel kiteb li dan huwa jum li tilef kollox.

Carmel kompla, “f’din id dinja ħa tissodisfani xi tip ta’ ġustizzja? Le xejn, Bil-bniedem tista’ tqarraq u ddawwar l-argumenti biex il-liġijiet ta’ din id-dinja jastjenuk minn kull ħtija, allura nemmen fil-ġustizzja ta’ Alla li tagħmel x’taghmel żgur ħa tieħu dak li tassew ħaqqek.”
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com