Bil-Filmat: Il-PM Flimkien Ma’ Martu Lydia Abela Jirrikonoxxu L-Importanza Tal-Mara Fis-Soċjetà

 Bil-Filmat: Il-PM Flimkien Ma’ Martu Lydia Abela Jirrikonoxxu L-Importanza Tal-Mara Fis-Soċjetà

Il-Prim Ministru Robert Abela llum kellu attività differenti b’referenza għal Jum il-Mara li jkun iċċelebrat għada 8 ta’ Marzu.

Saħaq kif il-ħajja politika fiha ħafna ħidma iżda bħal-lum il-Ħadd, huwa tajjeb li jinstab bilanċ mal-familja fejn qal ukoll li llum, fi ħsiebu li jqattgħu ftit ħin flimkien bħala familja flimkien ma’ binthom Giorgia Mae u se jsajru flimkien.

“Huwa jum speċjali fejn qed ningħaqdu mad-dinja kollha biex niċċelebraw jum il-mara, il-kisbiet tan-nisa kollha”, saħqet Dr. Lydia Abela fejn irreferiet ukoll għal Andrea (preżentatriċi u l-moħħ wara l-programm Liqourish) li kellha s-suċċessi tagħha f’ħajjitha.

Dr. Lydia Abela tenniet li l-pandemija laqtet ukoll lin-nisa bi sfidi fenomenali meta waqfet il-ftuħ tal-iskejjel u l-ommijiet kellhom joqogħdu ma’ uliedhom.

Semmiet kif in-nisa iddominaw matul il-pandemija u kienu front liners. In-nazzjon jibbenefika mill-intelliġenza tan-nisa u l-mod kif jgħelbu l-isfidi fejn tenniet ukoll li qed tistenna l-bidliet fil-liġi biex Malta ma tibqax l-isfel fl-indiċi ta’ nuqqas ta’ rappreżentanza tan-nisa fil-parlament.

Mistiedna kien hemm nisa minn setturi differenti fejn spjegaw l-importanza tal-mara fis-soċjetà u l-validità tagħhom flimkien mal-ħidma kbira li jwettqu mill-qalb u bi professjonalità.

Awguri lin-nisa kollha għal Jum il-Mara.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com