Bil-Filmat: Jgħid Li L-Players Tal-Futbol Malti Jaħdmu Fis-Supermarkets…

 Bil-Filmat: Jgħid Li L-Players Tal-Futbol Malti Jaħdmu Fis-Supermarkets…

Harry Redknapp li kien manager ta’ bosta timijiet tal-futbol Ingliż, kien qed jitkellem fuq BT Sport u janalizza l-wirja tat-tim nazzjonali Ngliż. Saħaq li t-tim Ingliż dejjem jiddominaw kontra l-avversarji tagħhom iżda mbagħad, jiddiżappuntaw meta jiġu għal tournaments internazzjonali bħall-World Cup u l-Kampjonat Ewropew.

“Ma nirbħu xejn!’, qal Redknapp filwaqt li qal li inutli naslu sat-tournament.

Biex isostni l-argument tiegħu, Redknapp qal li sema’ l-kummentatur jgħid li l-players Maltin jaħdmu fis-supermarket fuq il-counter.

Jidher li kien qed jirreferi għall-aħħar logħba li Malta u l-Ingilterra ltaqgħu, lura fl-2017.

Intom x’taħsbu dwar kumment hekk?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com