€800,000 Għal Studenti Tat-Teknoloġija Diġitali

 €800,000 Għal Studenti Tat-Teknoloġija Diġitali

Matul il-jum tal-Erbgħa tħabbar investiment ta’ €800,000 għal dawk l-istudenti li qed jistudjaw it-teknoloġija diġitali u jixtiequ esperjenza ta’ xogħol bi ħlas fis-Sajf li ġej.

Il-Ministru Silvio Schembri, flimkien mal-MITA, spjega kif b’differenza mis-snin ta’ qabel, hemm żieda fil-persentaġġ ta’ rimborż għas-settur privat għal 25%, li jissarraf f’€500 iżjed għal kull student impjegat mal-istess settur fis-Sajf.

Barra minn hekk, l-iskema tagħti rimborż tal-paga kollha għal dawk il-placements li jsiru ma’ Għaqdiet Mhux Governattivi u mas-settur pubbliku.

Huwa stmat li mat-350 student se jibbenefika minn din l-iskema.

Ritratt: Ekonomija (Facebook)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com