Fearne Ma Kienx Kuntent B’Taħdidiet Minn Konrad Mizzi

 Fearne Ma Kienx Kuntent B’Taħdidiet Minn Konrad Mizzi

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li ma kienx kuntent li waqt li hu kien f’taħdidiet dwar l-Isptar San Luqa, l-eks Ministru Konrad Mizzi kien f’taħdidiet oħra.

Dan qalu waqt xhieda fil-kawża li l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fetaħ fil-Prim’Awla biex l-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u dak t’Għawdex, jerġgħu jgħaddu lura f’idejn il-Gvern wara li t-tmexxija tagħhom ingħatat lil Vitals li mbagħad għaddewha lil Steward.

Dr. Fearne tenna li qatt ma ffirma dokumenti mal-Vitals u qal ukoll li saru affarijiet li ma kienx jaf bihom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com