Gozo Football League bir-Ritratti – Għajnsielem Jagħlqu L-Ewwel Rawnd Fil-Quċċata

 Gozo Football League bir-Ritratti – Għajnsielem Jagħlqu L-Ewwel Rawnd Fil-Quċċata

RITRATTI – Anthony Cassar – Gozo Football League

GFA BOV Gozo Football League l-Ewwel Diviżjoni

F’Għawdex saru l-aħħar logħbiet mill-ewwel rawnd tal-kampjonat BOV Gozo Football League tal-ewwel diviżjoni fejn Għajnsielem kisbu rebħa ta’ 4-2 fuq SK Victoria Wanderers biex baqgħu weħidhom fl-ewwel post tal-klassifika.

Fil-logħbiet l-oħra Nadur żammew il-pass ma’ Għajnsielem filwaqt li Kerċem Ajax u Victoria Hotspurs kisbu rebħa kull wieħed biex telgħu fit-tielet post, kif ser naraw fis-servizz.

Għajnsielem aċċertaw mir-rebħa b’gowl lejn it-tmiem biex għelbu lil SK Victoria Wanderers 4-2.

Vantaġġ kmieni minn penalty ta’ Igor Nedeljkovic, għamluhom tnejn sal-ewwel għaxar minuti minn Rodney Buttigieg, qabel il-mistrieħ Igor Nedeljkovic kabbar il-vantaġġ direttament minn free kick 3-0.

Fit-tieni taqsima Victoria Wanderers reġgħu daħlu fil-partita b’gowls minn Aud-Gustine James Obaje fis-sebgħa u ħamsin minuta, u gowl ta’ Gabriel Cardona li wasal fid-disgħa u sittin minuta, qabel il-hat-trick personali għal Igor Nedeljkovic biex saħħaħ postu bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat bi tnax-il gowl.

Rebħa kbira ta’ 6-1 għal Nadur Youngsters fuq Oratory Youths.

Fetħu l-iskor fil-ħdax-il minuta permezz ta’ konklużjoni ta’ Ederson Bruno Domingos, irduppjaw fil-ħamsa u għoxrin minuta minn Marcelo Barbosa.

Nadur skurjaw it-tielet gowl fl-erbgħa u erbgħin minuta minn Ederson Bruno Domingos u mas-siegħa logħob Oratory rebħu penalty għal fawl fuq Diego Steven Maldonado, bl-istess attakant Kolumbjan jegħleb lill-gowlkiper bix-xutt mill-ħdax-il metru.

Fis-sitta u sebgħin minuta Marcelo Barbosa skorja r-raba’ gowl u Stefan Cassar żied gowl ieħor fit-tmenin minuta.  Żewġ minuti wara Marcelo Barbosa ssiġilla r-rebħa għal Nadur bis-sitt gowl meta xeħet fil-lasti wara li evita difensur fil-kaxxa.

Victoria Hotspurs reġgħu telgħu fit-tielet post tal-klassifika b’rebħa 4-1 fuq Xewkija Tigers.  Paulo Santos De Azevedo fetaħ l-iskor bir-ras, irdoppja Christian Mercieca.

Xewkija naqsu l-iskor fit-tlieta u sittin minuta bi free kick dirett ta’ Emiliano Lattes.  Victoria Hotspurs għalqu l-logħba bi tlett gowls vantaġġ u r-raba’ goal skurjat minn Henrique Maciel.

Kerċem Ajax temmew l-ewwel rawnd fuq nota mill-aqwa b’rebħa 4-2 fuq Sannat Lions li fetħu l-iskor fir-raba minuta minn Damon Hili.  Kerċem għamlu reazzjoni u skurjaw minn Joshua Buttigieg, Andrew Mizzi, Nathaniel Mercieca, u Andrew Mizzi. Reġa kien Damon Hili b’goal ta’ konsolazzjoni għal Sannat 4-2.

Klassifika GFA BOV Gozo Football League tal-ewwel Diviżjoni

                                    Lagħbu            Punti

Għajnsielem                            8          22

Nadur Youngsters                   8          19

Victoria Hotspurs                    8          16

Kercem Ajax                            8          16

Xewkija Tigers                         8          15

Sannat Lions                           8          9

SK Victoria Wanderers            8           4

Oratory Youths                        8          4

Xagħra United                         8          0

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com