Haley Bugeja Mill-Ġdid Tiskorja

 Haley Bugeja Mill-Ġdid Tiskorja

L-attakanta internazzjonali Maltija Haley Bugeja mill-ġdid fuq il-lista tal-skorers hekk kif illum wara nofsinhar US Sassuolo għelbu lill-Florentia SanGimignano 5 – 1 barra minn darhom.

Bugeja, minkejja li bdiet il-partita fuq il-bank tas-sostituti, irnexxila tiskorja minn penalty fil-83 minuta logħob. US Sassuolo kien qed jitilfu 1  – 0 sat-tmiem l-ewwel 45 minuta iżda rnexxilhom jdawwru l-partita fit-tieni taqsima.

Din hi t-tieni ġimgħa konsekuttiva li Bugeja skurjat wara li l-ġimgħa li għaddiet għamlet dan kontra San Marino. Dan kien it-8 gowl fit-13 il-partita għal ex plejer ta’ Mgarr United.

B’din ir-rebħa US Sassuolo baqaw jokkuppaw it-tielet post tal-klassifika b’40 punt, żewġ punti taħt Milan u tmienja taħt il-leaders Juventus.

 

Ritratt: Bay / US Sassuolo

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com