Il-Kroazja Tirbaħ 3 – 0 Kontra Malta

 Il-Kroazja Tirbaħ 3 – 0 Kontra Malta

It-tim nazzjonali Malti sofra t-tieni telfa tiegħu f’Grupp H tal-logħbiet ta’ kwalfikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022 meta f’Rijeka, Malta ġiet megħluba mill-Kroazja 3 – 0.

Logħba li fiha l-Kroazja kienu l-aħjar tim madankollu l-protagonista f’din il-partita kien ir-referee Svizzeru Lionel Tschudi li ma safarx penalty ċar fl-ewwel taqsima favur Malta iżda saffar penalty diskuttibli favur it-tim Kroat fit-tieni taqsima.

L-ewwel 45 minuta ntemmet f’parita ta’ 0 – 0 u mal-bidu tat-tieni taqsima Mangia ntroduċa lill-Kyrion Nwoko minflok Alex Satariano. Bir-riżultat jibqa dak ta’ 0 – 0 sa għaxar minuti logħob fit-tieni taqsima, l-kowċ tal-Kroazja Zlatko Dalic wettaq erba sostituzzjonijiet fejn daħlu jilgħabu Modric, Perisic, Brekalo u Barisic minflok Badelj, Budimir, Pasalic u Melnjak.

Dawn is-sosituzzjonijiet ħallew il-frott għaliex ma’ ftit aktar minn siegħa logħob Ivan Perisic xeħet fix-xibka ta’ Malta. Mal-gowl, Mangia wettaq tlett sostituzzjonijiet fejn daħlu jilgħabu Jake Grech, Zach Muscat u Juan Corbolan minflok Steve Pisani, Steve Borg u Joseph Mbong.

Kwarta mit-tmiem l-Kroati ġew ir-regalati penalty għal possibilment handsball b’Luka Modric mill-11 il-metru ma falliex u għamel l-skor 2 – 0. Fl-aħħar għaxar minuti Malta lagħbet l-aħħar karta tagħha fejn Luke Gambin daħal jilgħab minflok Bjorn Kristensen biex mat-tokki ta’ 90 minuti Jsip Brekalo għamel ċert mit-tlett punti favur l-Kroazja bit-tielet u l-aħħar gowl tal-partita.

Skor Finali Kroazja 3 Malta 0.

 

Ritratt: Mark Zammit Cordina

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com