Illejla Jirritorna Sanremo B’Differenza! Ser Tarah?

 Illejla Jirritorna Sanremo B’Differenza! Ser Tarah?

Illejla minkejja l-pandemija tal-Covid-19 ser tibda il-71 edizzjoni tal-festival ta’ Sanremo, imma din id-darba mingħajr udjenza live.

Il-festival popolari fl-Italja qed isir xahar aktar tard mis-soltu minħabba l-pandemija, u bħas-snin preċedenti din is-sena se jsir fuq ħamest’ijiem fl-arena ta’ Ariston u se jitmexxa mill-preżentatur popolari Amadeus, li hu wkoll id-direttur artistiku tal-festival. Miegħu jippreżenta wkoll se jkun hemm Fiorello.

Il-format se jkun bħas-soltu, bil-kategorija tal-artista l-ġodda u l-kategorija b’artisti stabbiliti.

Ir-rebbieħ ta’ Sanremo jipparteċipa fil-Eurovision Song Contest f’Mejju li ġej f’Rotterdam.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com