Illejla t-Tim Nazzjonali fl-azzjoni f’Trnava kontra s-Slovakkja

 Illejla t-Tim Nazzjonali fl-azzjoni f’Trnava kontra s-Slovakkja

Illejla t-Tim Nazzjonali Malti jerġa jkun fl-azzjoni fit-tieni partita minn Grupp Ħ ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, f’Trnava jilgħab kontra s-Slovakkja.

Partita tibda fid-8.45pm fi Štadión Antona Malatinského, stadium ta’ Spartak Trnava, il-wirja tal-Erbgħa kontra r-Russja f’Ta’ Qali kienet ta’ nkoraġġiment li t-tim baqa’ miexi fuq it-triq pożittiva li qabad fin-Nations League fl-aħħar tas-sena li għaddiet.

Għalkemm ġiet it-telfa kienu ħafna l-aspetti pożittivi li ħarġu minn dik il-partita kontra r-Russi, bit-tim determinat li llejla jerġa jikkonvinċi fil-wirja u forsi jikseb xi punti.

Il-kowċ Malti Devis Mangia lejliet il-partita reġa esprima d-diżappunt personali tiegħu għal fatt li huwa l-uniku kowċ Nazzjonali fl-Ewropa bil-Kampjonat domestiku wieqaf u ma’ jistgħax jara’ l-players tiegħu fl-azzjoni fuq livell domestiku, dan filwaqt li n-numri sa fl-aħħar jidher li qabdu tendenza pożittiva l-isfel fejn jidħlu każijiet fil-pajjiż ta’ COVID19.

Dwar il-partita, Mangia qal li jinsab konxju mis-saħħa tal-avversarji, għalkemm is-Slovakkja fit-tim se jkollhom nieqes għax imweġġa lill-istilla eks Napoli, Marek Hamsik, iżda players bħal gowlkiper ta’ Newcastle United, Martin Dubravka, Juraj Kucka li jilgħab fis-Serie A ma’ Parma u fuq kollox id-difensur tal-leaders tas-Serie A, Inter, Milan Skriniar kollha huma validi fis-saħħa ta’ dan it-Tim Nazzjonali.

Fl-ewwel logħba tagħhom mill-grupp nhar l-Erbgħa, s-Slovakki ġew miżmuma fi draw ta’ 0-0 barra minn darhom minn Ċipru.

Minn dik il-partita, neqsin ukoll illejla Ondrej Duda u Peter Pekarik, li rritornaw mal-klabbs tagħhom fil-Ġermanja.

Għal Malta skwadra b’saħħitha li minna jrid jagħżel il-kowċ Mangia, 26 player hawnhekk fis-Slovakkja li l-ġimgħa kellhom l-aħħar sessjoni ta’ taħriġ fl-istadium fejn ser tintlgħab il-partita, qabel ma’ aktar tard fil-ħin ta’ qabel il-partita, l-kowċ Malti jsejjaħ l-iskwadra finali ta’ 23, li minnha finalment irid jagħżel il-ħdax li se jibdew il-partita.

Wara l-impenn tal-lejla fis-Slovakkja, t-Tim Malti jtir lejn Rijeka fil-Kroazja għal impenn ieħor ta’ Kwalifikazzjoni minn Grupp Ħ kontra l-qawwa tal-finalisti telliefa fl-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, l-Kroazja, liema logħba tintlgħab nhar it-Tlieta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com