Jintgħażlu L-Għawwiema Għall-Gran Prix Ta’ Slovakkja

 Jintgħażlu L-Għawwiema Għall-Gran Prix Ta’ Slovakkja

L- Aquatic Sports Association of Malta ħabbret l-għażla ta’ għawwiema li ser jiffurmaw parti mill-kontinġent li ser jikkompetu f’Samorin fis-Slovakkja fil-Grand Prix bejn il-5 u s-7 ta ’Marzu 2021.

L-atleti magħżula huma kollha għawwiema li huma kkunsidrati għall-parteċipazzjoni prospettiva fil-Logħob tal-Pajjizi Żgħar tal-Ewropa li għandhom isiru f’Malta fl-2023. u ġew magħżula mill-Kowċ Nazzjonali tal-Għawm Artem Goncharenko.

Il-kontinġent, li ġie magħżul mill-Kowċ Nazzjonali tal-Għawm Artem Goncharenko, ser ikun magħmul minn Michele Azzopardi ,Simon Mallia, Dylan Cachia, Amy Micallef, Luke Ellul Sullivan, Nicola Muscat, Francesca Falzon Young, Michela Portelli, Maya Galea, Rudi Spiteri, Sasha Gatt , Michael Stafrace  , Emily Grech Carr, Sean Wareing, Andrea Mallia u Thomas Wareing.

Jassistu lill-Kowċ Nazzjonali Goncharneko se jkunu l-kowċis Delon Dannhauser u Catalin Stan li se jivvjaġġaw mal-kontinġent.

 

Ritratt: ASA / Abby Bonello

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com