Kompetizzjoni Għad-Disinn Tal-Karus Ta’ L-Istrina 2021

 Kompetizzjoni Għad-Disinn Tal-Karus Ta’ L-Istrina 2021

L-istudenti kollha f’Malta u Għawdex ġew mistiedna mill-Uffiċċju tal-President sabiex jieħdu sehem f’kompetizzjoni li minnha se jintgħażlu d-disinni għall-karusijiet ta’ L-Istrina 2021. Filwaqt li dawn se jerġgħu jkunu magħmula minn kartun riċiklat, it-tema hija ‘Infittxu dak li jgħaqqadna’.

It-tfal jistgħu jieħdu sehem kemm individwalment u kemm fi gruppi, u għandhom jibgħatu t-tpinġijiet tagħhom sat-30 t’ April 2021 fuq dan l-indirizz:

Kompetizzjoni L-Istrina BOV Piggy Bank, The Malta Community Chest Fund Foundation, Il-Palazz tal-President, il-Belt Valletta VLT 1115.

Mart il-President Miriam Vella esprimiet ix-xewqa tagħha li ma jdumux ma jinbidlu ċ-ċirkostanzi sabiex tkun tista’ tiltaqa’ mal-istudenti u l-għalliema wiċċ imb’wiċċ.

Ritratt: James Galea (DOI)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com