“L-Ammont Ta’ Razziżmu U Bullying Huwa Wisq Tossiku Biex Ikun Injorat”

 “L-Ammont Ta’ Razziżmu U Bullying Huwa Wisq Tossiku Biex Ikun Injorat”

Thierry Henry, l-eks plejer Franċiż t’ Arsenal, qal li se jneħħi lilu nnifsu minn fuq il-midja soċjali minħabba r-razziżmu u l-bullying fuq il-pjattaformi kollha.

Henry qal dan fuq Twitter, fejn għandu iktar minn żewġ miljun segwaċi, fil-jum tal-Ġimgħa, u qal li l-problema hija wisq tossika biex tiġi injorata.

Huwa qal li mhux se jerġa lura fuq il-midja soċjali sakemm il-kumpaniji jirregolaw il-pjattaformi tagħhom bl-istess qawwa li jużaw meta tinkiser il-copyright.

Sostna li huwa wisq faċli li toħloq account, tużah biex tagħmel bullying, timbarazza u tagħti fastidju mingħajr konsegwenza, u xorta tibqa’ anonimu.

Ritratt: Getty Images

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com