Logħob Ta’ Kwalfikazzjoni Tazza tad-Dinja – Il-Kbar Ma Jfallux

 Logħob Ta’ Kwalfikazzjoni Tazza tad-Dinja – Il-Kbar Ma Jfallux

Ilbieraħ ġiet fit-tmiema t-tieni ġurnata mill-fażi ta’ kwalfikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022 fejn it-timijiet il-kbar tal-Ewropa kollha ħarġu rebbieħa.

F’Grupp D, Franza barra minn darhom ma’ fallewx kontra l-Kazakhstan meta rebħu 2 – 0 b’gowls ta’ Dembele u awtogowl ta’ Maliy.

F’Grupp B, Spanja ħelusuha ħafif meta kontra l-Georgja rebħu 2 – 1 fil-ħin miżjud. Kien Kvaratskhelia li poġġa lill-Georgja fil-vantaġġ eżatt qabel l-intervall b’Torres iġib id-draw eżatt qabel is-siegħa logħob. Olma skorja l-gowl tar-rebħa fil-93 minuta.

F’Grupp I, L-Ingilterra ħarġu rebbieħa kontra l-Albanija b’gowl kull taqsima. Harry Kane poġġa lill-Ingliżi fil-vantaġġ fil-38 minuta b’Mason Mount jagħmilhom tnejn fil-63 minuta.

Anke l-Italja f’Grupp C ma fallietx away għand l-Bulgarija. Belotti minn penalty skorja eżatt qabel l-intervall b’Locatelli tmien minuti mit-tmiem jagħmilhom 2 – 0.

Il-Ġermanja, f’Grupp J, għelbet lir-Rumanija 1 – 0 bl-uniku gowl tal-partita jiskrujaħ Gnabry mal-kwarta logħob.

It-tielet ġurnata minn din il-fażi ta’ kwalfikazzjoni tkompli għada u l-Erbgħa.

 

Ritratt: Football 24 / Independent

 

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com