Mit-Teħid Tad-Demm Għall-Għoti Tat-Tilqima Kontra L-COVID-19

 Mit-Teħid Tad-Demm Għall-Għoti Tat-Tilqima Kontra L-COVID-19

Min-nhar it-Tnejn li ġej, l-istaff tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm se jkun qed jagħti sehmu fl-għoti tat-tilqima tal-vaċċin kontra l-COVID-19 lil dawk in-nies li rċivew l-istedina mingħand l-awtoritajiet tas-saħħa.

Fuq Facebook, Tony Micallef qal li din il-qalba fl-operat qed issir hekk kif il-mument hekk jitlob, iġifieri li flimkien inqumu għall-okkażjoni.

Irrimarka wkoll li dawk kollha li se jieħdu t-tilqima għandhom jilbsu ilbies li jagħmilha iktar faċli biex tinkixef l-ispalla, bħal flokk bil-komma qasira, u f’każ li jkun il-frisk, tintlibes ġakketta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com