“Priġunier Għamel 4 Xhur Il-Ħabs Żejda Minħabba Żball”

 “Priġunier Għamel 4 Xhur Il-Ħabs Żejda Minħabba Żball”

Il-Professur Andrew Azzopardi fuq facebook personali tiegħu żvela li priġunier għamel 4 xhur ħabs żejda wara żball amministrattiv.

Il-Professur Azzopardi li huwa opinjonist, preżentatur u dekan fl-Universita’ ta’ Malta spjega li jinsab infurmat li allegatament priġunier barrani li kellu joħroġ mill-ħabs f’Ottubru li għadda, ħareġ mill-ħabs fi Frar li għadda għax mill-informazzjoni li għandu “r-records office tal-ħabs ħadu żball”.

Fuq facebook Andrew Azzopardi staqsa, veru li ġara dan il-każ?, Il-Ministru Byron Camilleri konxju li ġara?, id-Direttur tal-ħabs infurmat b’ dan il-każ? ,dan il-każ qed jiġi investigat u l-ex-priġunier ha jiġi kkumpensat? u  infetħet investigazzjoni maġisterjali jekk huwa vera dan?

Sa issa ma saret l-ebda stqarrija dwar dan.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com