Qaxru Xagħarhom Li Kien Parti Mill-Identità Tagħhom Għall-Karità

 Qaxru Xagħarhom Li Kien Parti Mill-Identità Tagħhom Għall-Karità

It-tewmin Irlandiżi John u Edward Grimes, magħrufin aħjar bħala Jedward, qaxru x-xagħar bjond tagħhom sabiex jiġbru flus għall-karità b’tifkira t’ ommhom.

Din il-biċċa xogħol saret waqt xandira diretta fuq it-televiżjoni.

Jedward kienu fost numru ta’ ċelebritajiet li kienu qed jgħinu sabiex jinġabru l-flus waqt l-avveniment Daffodil Day organizzat mill-Irish Cancer Society.

Waqt li Edward qaxxar xagħar John, dan tal-aħħar qal li huma kienu ilhom b’dak l-istil ta’ xagħar għal għaxar snin, u kien sar parti mill-identità tagħhom.

U ma naqsitx is-sorpriża fuq wiċċu ma ra lilu nnifsu b’xagħru mqaxxar, filwaqt li kompla jappella sabiex il-pubbliku jagħti d-donazzjoni tiegħu.

Omm it-tewmin, Susanna Grimes, mietet bil-kanċer fl-2019.

Ritratt: Getty Images

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com