Ranier Bezzina Maħtur Aġent President ta’ Hibernians F.C.

 Ranier Bezzina Maħtur Aġent President ta’ Hibernians F.C.
Il-Kumitat Eżekuttiv ta’ Hibernians FC ħabbar li waqt laqgħa tal-kumitat tal-klabb, immexxija mill-Vici President, is-sur Alex Montebello, ġie deċiż b’mod unanimu li l-General Manager tal-klabb, is-sur Ranier Bezzina, jiġi co-opted bħala membru tal-kumitat eżekuttiv, kif ukoll jassumi l-irwol u l-funzjonijiet kollha ta’ Aġent President ta’ Hibernians FC sa tmiem dan l-istaġun fejn mbgħad tissejjaħ il-Laqgħa Ġenerali Annwali.
Din id-deċiżjoni ttieħdet b’mod straordinarju fid-dawl tal-fatt li filwaqt li l-istatut tal-klabb jistipula li malli l-kariga ta’ President tiġi vakanti trid issir Laqgħa Ġenerali Straordinarja fi żmien tliet ġimgħat biex timtela’ l-kariga ta’ President, minħabba l-miżuri deċiżi mill-Gvern biex tikkontrolla l-imxija tal-COVID-19, mhuwiex fiżikament possibbli li bħalissa ssir il-laqgħa ġenerali.
Il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv bdiet b’vot ta’ ringrazzjament unanimu u b’akklamazzjoni għall-mibki President Tony Bezzina.
Ritratt: Hibernians FC
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com