Sportivi Nazzjonali – Jitħabbru S-Semi finalisti

 Sportivi Nazzjonali – Jitħabbru S-Semi finalisti

Fil-13 ta’ Marzu se isir il-61 edizzjoni tal-SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali bl-Għaqda ġurnalisti sport tħabbar is-semi finalisti ta’ din l-edizzjoni.

Kienu l-Assoċjazzjonijiet u l-Federazzjonijiet lokali li n-nominaw lill-membri tagħhom bil-kumitat eżekuttiv tal-stess għaqda evalwa l-listi abbażi tal-kisbiet sportivi matul is-sena 2020 u ħareġ bil-lista tas-semi finalisti. Din il-lista tas-semi finalisti għaddiet għal vot għand il-membri ġurnalisti f’ħdan l-Għaqda Ġurnalisti Sport fejn kull membru huwa mitlub jagħżel tlett finalisti fil-kategoriji tal-Sportiv u l-Sportiva tas-Sena, Żagħżugħ u Żagħżugħa tas-Sena, Uffiċjal tas-Sena, Kowċ tas-Sena u Tim tas-Sena.

Il-finalisti jsiru magħrufa nhar is-sibt li ġej waqt konfernza stampa li ser tixxandar fuq il-paġni ta’ facebook tal-Malta Sports Journalists Association u Be Active SportMalta. Fis-serata finali se jkun panel ta’ ġurija li ser jagħżel l-aqwa f’kull kategorija imsemmija.

Il-lista tas-semi finalisti hija din:-

Sportiv tas-Sena – Luke Farrugia (Atletika), Rodney Gatt (Tiġrijiet taż-Żwiemel), Dejan Grech (Pool), Ben Plumpton (Waterpolo), Jeremy Saywell (Judo) u Mark Spiteri (Ten Pin Bowling)

Sportivia tas-Sena – Sue Abela (Ten Pin Bowling), Haley Bugeja (Futbol), Francesca Clark (Badminton), Sacha Gatt (Għawm), Janet Richard (Atletika) u Yazmin Zammit Stevens (Weighlifting)

Żagħżugħ tas-Sena – Rylee Borg (Weightlifting), Jeremy Mark Gatt (Badminton), Kayden Lagana (Ten Pin Bowling), Richard Schuletheis (Ibburdjar), Laurens Schulze Doering (Golf)  u Kijan Sultata (Squash)

Żagħżugħa tas-Sena – Haley Bugeja (Futbol), Sarah Chouhal (Atletika), Francesca Clark (Badminton), Sacha Gatt (Għawm), Tenishia Thornton (Weighlifting) u Tara Vella Clark (Ġinnastika)

Kowċ tas-Sena – Joseph Aquilina (Pool), Natalya Berehova (Ġinnastika), Jesmond Caruauna (Weightlifting), Edward Caruana Dingli (Għawm Paralimpiku) u Devis Mangia (Futbol), Dorian Pisani (Waterpolo)

Uffiċjal tas-Sena – Rita Azzoprdi (Waterpolo), Pierre Cassar (Lotta), Vincent Degiorgio (Pool), Andy Grech (Atletika), Joseph Muscat (Basketball) u Godwin Zammit (Ibburdjar)

Tim tas-Sena – Football (Tim Nazzjonali Nisa), Futsal (Luxol St. Amdrews), Ibburdjar (Elusive II), Pool (Tim Nazzjonali Irġiel), Ten Pin Bowling (Tim AMF Promotion Cup Franza) u Waterpolo (San Ġiljan ASC)

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com