Twissija Ta’ Riħ Qawwi

 Twissija Ta’ Riħ Qawwi

Ir-riħ mill-Majjistral (NW) mistenni li jitqawwa ħafna (sa Forza 7) u jiksaħ bejn illejla l-Ħadd 14/3 u t-Tlieta 16/3..

Evitaw li tħallu vetturi taħt siġar kbar u/jew viċin ix-xtut fejn magħruf li jaqbel dan ir-riħ. Il-mewġ mistenni li jilħaq sa 4-5 metri fejn l-aktar li jkun jaqbel..

Din it-twissija tidħol fis-seħħ mil-lejla l-Ħadd 14/3 mal-wasla ta’ front kiesaħ minn fuq l-Italja, u tibqa’ fis-seħħ sat-Tlieta 16/3, bir-riħ ikun l-aktar qawwi nhar it-Tlieta 16/3 u bi ftit xita wkoll imbassra..

Dan ir-riħ se jkun bil-buffuri u jinħass kiesaħ ħafna minħabba l-‘wind chill factor’.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com