Żewġ Klabbs Iridu Li L-Kampjonat Premier Ikompli

 Żewġ Klabbs Iridu Li L-Kampjonat Premier Ikompli

F’laqgħa tal-Premier Division Standing Committee li saret il-Ħamis 25 ta’ Marzu, kienu biss żewġ klabbs li urew biċ-ċar li jixtiequ li jkompli l-Kampjonat Premier. Għal din il-laqgħa attendew il-klabbs kollha minbarra Valletta FC.

Il-futbol u kull sport ieħor bħalissa jinsab sospiż wara l-avviż legali li tħabbar ftit tal-jiem ilu fejn kull sport organizzat ġie sospiż tal-anqas sal-11 t’April li ġej.

Il-klabbs li għamlu l-pużizzjoni tagħhom ċara huma Żejtun Corinthians u Lija Athletic filwaqt li sitt klabbs oħra esprimew it-tħassib tagħhom jekk il-Kampjonat jitkompla. Il-kumplament tal-klabbs huma kontra li l-kampjonat jitkompla.

Peresli li ntlagħbu 75 fil-mija tal-logħob, is-sitwazzjoni fil-Kampjonat Premier hija ċara u jekk il-Kampjonat jitwaqqaf il-klassifika preżenti tkun dik li tgħodd u għalhekk diġà huma magħrufa t-timijiet relegati, salvi, dawk li ħa jilgħabu fl-ewropa u l-iżjed importanti t-tim rebbieħ tal-kampjonat.

Mhux lis-stess jista jingħaq għac-Challenge League hekk mhux kull tim lagħab 75 fil-mija tal-logħbiet.

 

Ritratt: MFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com