Ajruplan Tal-Air Malta Lejn Tripli Jum Biss Wara Sospensjoni Tas-Sanzjonijiet… Il-Każ Lockerbie

 Ajruplan Tal-Air Malta Lejn Tripli Jum Biss Wara Sospensjoni Tas-Sanzjonijiet… Il-Każ Lockerbie

Lura fl-istorja, fl-1999, ajruplan tal-Air Malta telaq fit-3.18pm lejn Tripli fil-Libja, jum biss wara s-sospensjoni tas-sanzjonijiet tal-Ġnus Magħquda kontra l-Libja.

Dawn tneħħew wara ż-żewġ Libjani suspetatti bit-traġedja ta’ Lockerbie; Abdel Basset al-Megrahi u Al-Amin Khalifa Fahima, ingħataw lill-Ġnus Magħquda biex jgħaddu ġuri fl-Olanda taħt il-qort Skoċċiża.

L-Ajruplan Malti li fuqu kellu grupp ta’ ġurnalisti u l-Bord tad-Diretturi, kien l-ewwel ajruplan li niżel fi Tripli fuq titjira skedata.

Filgħaxija, wasal malta l-ewwel ajruplan tal-Libyan Arab Airlines. Din ukoll kienet l-ewwel titjira kummerċjali ‘il barra mill-ajruport ta’ Tripli.

Din kienet l-ewwel titjira mill-Air Malta lejn il-Libja mill-1992, meta kienu mposti s-sanzjonijiet.

Ritratt: Sky News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com