Aktar Pożittivi fost it-Taljani.. Mhux Faċli Tibqa Bla Każi Wara S-Safar, Ġiri u Taħlit Fit-Tieqa Tan-Nazzjonal

 Aktar Pożittivi fost it-Taljani.. Mhux Faċli Tibqa Bla Każi Wara S-Safar, Ġiri u Taħlit Fit-Tieqa Tan-Nazzjonal

Il-Covid tkompli tħalli ħerba fost il-plejers Taljani wara l-waqfa għal-logħbiet tan-Nazzjonal.

Issa l-ex Roma, player ta’ Paris St. Germain Alessandro Florenzi ikkonferma li huwa pożittiv għall-COVID u ħabbar li beda ġimgħatejn ta’ kwarantina f’iżolament f’daru.
Dan wara li anke Leonardo Bonucci ta’ Juventus u Marco Verratti, ukoll ta’ Paris St. Germain, fil-jiem li għaddew ħabru li ukoll huma pożittivi wara ż-żmien li qattaw flimkien jirrapreżentaw lil pajjiżhom.
 
Din is-sitwazzjoni hija daqqa kbira għal Paris St. Germanin, diġa taħt pressjoni wara li s-Sibt tilfu f’darhom fil-Kampjonat 1-0 kontra Lille u issa għall-impenn doppju fil-Kwarti Finali tal-UEFA Champions League kontra l-qawwa tal-holders Bayern Munich, se jkunu propju mingħajr dan id-duo Taljan.
Mhu faċli xejn li wara l-perjodu mpenjattiv tat-Timijiet Nazzjonali kulħadd jirritorna negattiv għar-rutina tiegħu.
It-Tim Nazzjonali Malti, bħala eżempju, players, staff u diriġenti kellhom jagħmlu bejn ħames u sitt swab tests fit-tliet ġimgħat li kienu miġbura flimkien, qabel kull partita, qabel kull vjaġġ u saħansitra mal-wasla lura f’Malta mill-Kroazja fi tmiem it-tieqa nternazzjonali, dan biex ikun assigurat li partikolarment il-players imorru lura mal-klabbs tagħhom negattivi minn kull riskji tal-COVID.
B’xorti tajba għat-Tim Nazzjonali Malti, kontinġent ta’ ‘l fuq minn erbgħin persuna, l-maġġor parti minnhom players, daħal lura Malta u kompla bir-rutina wara li kull test f’kull istanza irriżulta negattiv…. mhux l-istess għat-Taljani.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com