Bil-Filmat: Christabelle Borg U Oħtha Miriayah B’Ċajta Goffa Fuq Missierhom Ċensu

 Bil-Filmat: Christabelle Borg U Oħtha Miriayah B’Ċajta Goffa Fuq Missierhom Ċensu

Il-kantanta Christabelle Borg flimkien ma’ oħtha Miriayah agħmlu ċajta ħelwa imma daqsxejn goffa fuq missierhom Ċensu.

Waqt li Christabelle għamlet ta’ bir-ruħha li qed tiġbed filmat bħala promozzjoni għal negozju privat, Ċensu emmen dak li qatlu bintu u għamel kif qaltlu. Wara ftit sekonda tgħaddi ż-żmien bih taparsi se tagħmel xi maġija bi flixkun ta’ ilma u bajda, b’salt wieħed għafset il-flixkun u ħaslitu waħda sew, iżda dan ma kienx biżejjed. Fil-pront, bintu l-oħra Miriayah ħarġet minn warajh u faqatlu bajda nejja fuq rasu.

Ir-reazzjoni ta’ Ċensu fl-aħħar tal-filmat turi kemm jaf jieħu ċajta! 🙂

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com