Din Il-Koppja Ħawwlet 2 Miljun Siġra Biex Toħloq Mill-Ġdid Foresta Fil-Brazil

 Din Il-Koppja Ħawwlet 2 Miljun Siġra Biex Toħloq Mill-Ġdid Foresta Fil-Brazil

Il-fotografu Brażiljan Sebastião Salgado u martu Lélia Deluiz Wanick Salgado reġgħu taw il-ħajja lil foresta li kienet spiċċat fix-xejn fil-Brażil. Huma riedu juru x’jista’ jagħmel grupp żgħir ta’ nies li jkollu passjoni li jagħmel impatt pożittiv fuq id-dinja. Din il-koppja tat is-sehem tagħha meta 20 sena ilu bdiet il-proċess ta’ riforestazzjoni.

Salgado huwa figura rinomata fil-Brażil, hekk kif huwa fotografu li rebaħ diversi premji fil-ġurnaliżmu fotografiku u ppubblika madwar 6 kotba. Fis-snin disgħin, huwa kien qatta’ perjodu twil fl-Irwanda fejn kien qed jiddokumenta l-barbarità orribbli tal-ġenoċidju f’dan il-pajjiż. Wara xi snin huwa rritorna lura lejn il-post fejn kien trabba fil-Brażil, u sab ħerba. Iż-żona li darba kienet tikkonsisti f’foresta tropikali sabha meqruda u kompletmanet nieqsa mis-siġar tal-foresti u l-ħajja selvaġġa.

“Madwar 0.5% biss tal-art kienet koperta bis-siġar”, qal Salgado ma’ ‘The Guardian’.

Hekk kif ratu diżappuntat għall-aħħar, martu Lélia ħarġet b’idea li emmnet li tista’ terġa’ tagħti l-ħajja lura lil din il-foresta.

“Imbagħad marti kellha idea gradjuża li terġa’ tħawwel din il-foresta. U meta bdejna nagħmlu dan l-insetti u l-għasafar u l-ħut kollha rritornaw. Grazzi għal din iż-żieda fis-siġar, jien ukoll twelidt mill-ġdid”, qal Salgado.  

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com