€100,000 Għar-Riċerkaturi Sabiex L-Ideat Tagħhom Ikunu Kkumerċjalizzati

 €100,000 Għar-Riċerkaturi Sabiex L-Ideat Tagħhom Ikunu Kkumerċjalizzati

Il-Ministru Silvio Schembri u r-Rettur tal-Università Alfred Vella ffirmaw ftehim sabiex issir għotja ta’ €100,000 lir-riċerkaturi sabiex l-ideat tagħhom jiġu kkummerċjalizzati.

Dan huwa possibli bil-kompetizzjoni Takeoff Seed Fund Award. Dawk kollha li japplikaw u jirbħu l-premju, se jgawdu minn għotja ta’ bejn €5,000 u €25,000.

L-Inġinier Anton Bartolo qal li l-fondi huma maqsuma f’żewġ kategoriji, waħda mmirata għar-riċerkaturi li jixtiequ li l-ideat taghhom jiġu kkummerċjalizzati u oħra mmirata għall-imprendituri li jixtiequ jibdew kumpanija tat-tip Startup.

Il-Ministru Silvio Schembri saħaq li l-proġett tas-sena l-oħra kien ta’ suċċess hekk kif kien hemm 44 applikazzjoni innovativa taħt diversi oqsma. Dan filwaqt li qal li pajjiżna għandu l-potenzjal li jkun il-post fejn jiġu r-riċerkaturi u jinħolqu ideat ġodda.

Ir-Rettur Alfred Vella spjega kif l-għajnuna mogħtija mill-Gvern qed tagħti l-opportunità lir-riċerkaturi sabiex jgħinu ħalli tkompli tavvanza s-soċjetà.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com