Epic Bi Proġett Ta’ €40 Miljun Biex Toffri L-5G F’Malta

 Epic Bi Proġett Ta’ €40 Miljun Biex Toffri L-5G F’Malta

B’investiment ta’ €40 miljun, Epic iffirmat sħubija fit-tul ma’ Ericsson.

Il-ftehim se jwitti t-triq biex il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni tibda toffri s-servizz tal-5G f’Malta.

Il-kumpanija Żvediża Ericsson intgħażlet bħala l-fornitur tar-radio access network fejn jidħol il-proġett ta’ mmodernizzar.

Fi stqarrija, Epic qalet li dan il-proġett huwa konformi mal-wegħda tagħha li toffri network u valur mill-aqwa.

Il-Kap Eżekuttiv Tamas Banyai qal li l-proġett ta’ mmodernizzar se jwassal biex il-kumpanija tkopri żona akbar u toffri veloċità aqwa.

Dan filwaqt li se jwassal biex il-klijenti jkollhom aċċess għall-5G.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com