FILMAT: Pulizija Ieħor Jispara U Joqtol Tifel Ta’ 13-Il Sena Fl-Istati Uniti

 FILMAT: Pulizija Ieħor Jispara U Joqtol Tifel Ta’ 13-Il Sena Fl-Istati Uniti

Il-Pulizija ta’ Chicago xandret filmat grafiku ta’ pulizija jispara u joqtol ġuvnott ta’ 13-il sena, Adam Toledo. Il-każ seħħ fid-29 ta’ Marzu.

Dan huwa t-tieni każ li fih inqatel ġuvni mill-Pulizija f’temp ta’ ġimagħtejn, wara li Daunte Wright inqatel f’Minneapolis fil-11 t’April.

Fil-filmat meħud mill-bodycam tal-uffiċjal tal-pulizija, dan jider jiġri wara l-ġuvnott u jordnalu jieqaf. Il-ġuvnott jidher jieqaf, filwaqt li l-Pulizija ordnalu jgħolli jdejh.

Fil-filmat il-ġuvnott jidher jiftaħ idejh bħal m’ordnalu l-pulizija, u f’id minnhom jidher oġġett. Fi frazzjoni ta’ sekonda tinstema’ sparatura u l-ġuvnott jaqa’ mal-art. Fil-post fejn waqa’ l-ġuvnott tidher pistola.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com