Fondi Ewropej Għall-Ħaddiema – Stefan Zrinzo Azzopardi

 Fondi Ewropej Għall-Ħaddiema – Stefan Zrinzo Azzopardi

Kull skema u inizjattiva li dan il-Gvern jieħu issir biex inkunu nistgħu nkomplu ntejjbu l-ħajja tan-nies. Irridu nżommu f’moħħna li waħda mil-prijoritajiet ta’ dan il-Gvern huwa l-ħaddiem, u għalhekk qed inkomplu ninvestu fih u nappoġġjawh b’mod speċjali bħalissa f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida meta għaddejjin minn pandemija.

F’Malta għandna diversi opportunitajiet ta’ taħriġ għal nies li ġejjin minn oqsma differenti, biex kulħadd jkollu l-opportunità li jidħol fid-dinja tax-xogħol u b’hekk qed ikunu ta’ għajnuna għall-Maltin u l-Għawdxin. Hemm diversi proġetti li qed jiġu amministrati mill-Jobsplus li minnhom qed jibbenefikaw madwar 27,000 persuna, b’finanzjament ta’ fondi Ewropej.

Wieħed minn dawn il-proġetti, li tkellimna dwaru din il-ġimgħa f’konferenza stampa, qed jgħin persuni vulnerabbli jew li għandhom abbilitajjiet different li mhumiex f’impjieg. Dawn qed jiġu inċentivati biex ikunu parti mis-suq tax-xogħol. Dawn il-persuni huma l-aktar li qegħdin f’riskju ta’ faqar u għalhekk għandna bżonn nagħtuhom l-għajnuna kollha meħtieġa ħalli flimkien inkunu nistgħu nkomplu nimxu l-quddiem.

Permezz ta’ dawn il-proġetti qed jiġi provdut taħriġ u assistenza lil dawk iż-żgħażagħ li huma f’riskju ta’ esklużjoni soċjali jew inkella li ilhom mingħajr xogħol għal tul ta’ żmien. Apparti minn hekk, hemm proġetti oħra li qed jgħinu individwi jtejbu l-ħiliet tagħhom  u b’hekk ikunu jistgħu jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Dan il-Gvern qed ikun hemm dejjem hemm għan-nies u għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin u wera’ dan b’mod speċjali f’dan iż-żmien ta’ pandemija, hekk kif fil-fatt huwa stmat li matul din is-sena, permezz tal-wage supplement, ġew salvati 100,000 impjieg. Dan flimkien ma’ programmi u proġetti oħra li baqgħu għaddejjin biex inkomplu nsaħħu s-suq tax-xogħol.

Aħna rridu nassiguraw li dawn il-fondi Ewropej jaslu għand kulħadd sabiex kulħadd ikun jista jibbenefika minn dawn l-għajnuniet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com