Gzira United Jiltaqaw mal-Prim Ministru

 Gzira United Jiltaqaw mal-Prim Ministru

Delegazzjoni ta’ Gzira United F.C. immexxija mill-President Sharlon Pace ilbieraħ iltaqet mal-Prim Ministru Dr. Robert Abela fejn għal ewwel darba ġew żvelati l-pjanijiet kif ukoll l-pjanti tal-proġett propost f’Manuel Island.

Il-klabb sostna li jinsab fiduċjuż li jinsabu pass eqreb milli jkollhom dik li qed titqies bħala d-dar tagħhom; xewqa li ilha mistennija għal diversi snin.

Pace preżenta flok bin-numru għaxra ta’ Gzira United lil Prim Ministru, flok li kien jintlibes mil-leġenda Andrew Cohen u li ser ikun irtirat għal numru ta’ snin.

 

Ritratt: Gzira United

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com