Il-Ġimgħa Probabbli L-Konferma.. Għat-Tmien Darba Fl-Istorja.. Ħamrun Spartans Champions

 Il-Ġimgħa Probabbli L-Konferma.. Għat-Tmien Darba Fl-Istorja.. Ħamrun Spartans Champions

RITRATTI – Mark Zammit Cordina

Hekk kif il-Ħamruniżi diġa qed iħejju għaċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom għar-rebħ ta’ dan it-tmien kampjonat, kollox jindika li l-laqgħa tal-eżekuttiv tal-MFA skedata għal ġimgħa għandha biss tagħti t-timbru ta’ dak li huwa diġa ċert.

Li jekk issa aktar ċar minn qatt qabel il-Kampjonat BOV Premier ma’ jitkomplix, Ħamrun Spartans jiġu nkurunati Champions…. wara 30 sena.

Tiskatta minn hemm id-diskussjoni dwar il-preżentazzjoni tat-Tazza li kollox jidher li din mistennija tingħata fil-jiem ta’ wara l-konferma.

Mhux eskluż iżda li l-Ispartans jixtiequ jġebbdu kemm jistgħu dan il-proċess taċ-ċerimonja u ċ-ċelerbrazzjonijiet, bit-tama li l-miżuri preżenti fil-pajjiż kontra l-pandemija jiġu xi naqa’ rillaxxati, nifhmu li d-diriġenza Ħamruniża se tkun qed timbotta biex iċ-ċerimonja tant mistennija diġa mill-poplu Ħamruniż ssir fl-Istadium Nazzjonali, biex b’hekk ikunu jistgħu jiċċelebraw bil-kbir iżda fl-ordni, kif wara kollox ħaqqhom, dan ir-rebħ meritat tat-titlu dan l-istaġun.

Għal dan il-għan, l-Ispartans jidher li lesti jistennew sa Ġunju, anke jekk hemm bżonn l-ewwel jiem ta’ Lulju, meta huwa ttamat u anke l-gvern u l-Awtoritajiet qed jantiċipaw li nkunu ferm aktar qrib in-normalita f’dan il-pajjiż.

Kien l-istess perjodu s-sena li għaddiet meta f’ċirkostanzi differenti, b’kampjonat ukoll mirbuħ qabel tkompla fl-intjier tiegħu, għalhekk twaqqaf ukoll b’mod prematur, Floriana kienu ġew ippreżentati bit-trofew tal-Kampjonat u nkurunati Champions fil-bidu ta’ Lulju fi Triq Sant’Anna.

Jidher li x-xewqa tal-Ħamruniżi hija kemmxejn differenti, mhux li t-tazza tingħata lilhom fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-qalba tal-lokalita, iżda b’mod tradizzjonali fl-Istadium, idejalment fil-presenza tal-partitarji.

Dan kollu iżda għadu miftuħ beraħ għad-diskussjoni, fil-mument nifirħulhom bil-quddiem għal dan is-suċċess meritat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com