Il-Governanza u T-Tisħiħ Fl-Istrutturi Tal-MFA U L-Klabbs F’Taħdidiet Bejn Robert Abela u Bjorn Vassallo

 Il-Governanza u T-Tisħiħ Fl-Istrutturi Tal-MFA U L-Klabbs F’Taħdidiet Bejn Robert Abela u Bjorn Vassallo

Il-Prim Ministru u l-President tal-MFA f’laqgha kordjali f’Kastilja.

F’laqgha kordjali bejn il-Prim Ministru, Dr Robert Abela u l-President tal-MFA, Bjorn Vassallo, dalgħodu fil-Berġa ta’ Kastilja, ġew diskussi temi mportanti fuq diversi proġetti u inizjattivi li l-Malta Football Association qed taħdem fuqhom b’mod proattiv u li huma parti mill-istrateġija varata fl-aħħar ġimgħat mill-Assoċjazzjoni.

Il-Gvern Malti filwaqt li laqa’ b’sodisfazzjon ir-riformi li kienu mfassla u li issa bdew jiġu mplimentati fl-aħħar xhur, irrikkonferma l-pożizzjoni tiegħu favur il-bidliet estensivi kemm rigward il-parti sportiva u kif ukoll fuq il-parti tal-governanza biex jissaħħu l-istrutturi tal-istess Assoċjazzjoni u tal-klabbs membri.

Din il-koperazzjoni bejn il-Gvern u l-MFA għandha wkoll twassal għal aktar investiment fl-infrastruttura sportiva li minnha fuq kuntest lokali ghandha tibbenefika l-familja kollha tal-futbol u f’livell internazzjonali jkunu mmodernizzati l-faċilitajiet biex pajjiżna jibqa’ kompetittiv fin-niċċa tat-turiżmu sportiv.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com