Il-Papa Franġisku Jikteb Personalment Lil Patri Dijonisju Mintoff

 Il-Papa Franġisku Jikteb Personalment Lil Patri Dijonisju Mintoff
Fit-3 ta’ April il-Papa Franġisku kiteb personalment lil Patri Dijonisju Mintoff OFM fl-okkażjonita’ għeluq id-90 sena tiegħu. 
Papa Franġisku rringrazzja lil Patri Dijonisju għall-vokazzjoni saċerdotali u reliġjuża tiegħu bħala Franġiskan, u għall-ħajja iddedikatalill-qadi tal-Knisja. 
Fl-istil tipiku u umli tiegħu, il-Papa Franġisku talab lil Patri Dijonisju jitlob għalih filwaqt li awguralu Għid qaddis. 
Patri Dijonisju hu l-fundatur tal-Laboratorju tal-Paċi Papa Ġwanni XXIII, li ġie inawgurat eżattament 50 sena ilu. Fl-okkażjoni ta’ Ħamis ix-Xirka l-Arċisqof Charles J.Scicluna wkoll feraħ lil Patri Dijonisju waqt il-Quddiesa fil-Katidral tal-Imdina.
Awguri għal darb’oħra lil Patri Mintoff.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com