“Il-Qraba Għaddew Minn Ġranet Twal Ta’ Tensjoni U Biża”

 “Il-Qraba Għaddew Minn Ġranet Twal Ta’ Tensjoni U Biża”

Wara xahar u nofs fl-isptar jiġġieled kontra l-COVID-19, l-attur Mario Micallef jinsab lura d-dar u qed jirkupra saħtu mill-ġdid.

Fuq il-midja soċjali spjega kif filwaqt li għal ħafna ġranet ma kienx konxju tal-qagħda li kien fiha u minn xiex kien għaddej, il-qraba tiegħu għaddew minn ġranet twal ta’ tensjoni u biża.

Sostna li m’għandux biżżejjed kliem biex jirringrazzjahom, u kif ukoll lill-ispeċjalisti, it-tobba u l-infermiera kollha li daru bih.

Dan filwaqt li qal li Alla u t-talb li sar għalih biddlu t-triq li kien jinsab fiha.

Micallef qed ikompli jgawdi l-ħajja mal-għeżież tiegħu, u appella biex kulħadd jibża għal saħħtu.

Ritratt: Mario Micallef / Facebook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com